Il-Mexxej tal-Kampjonat Fernando Alonso jemmen li l-Grand Prix Kanadiż ta’ tmiem il-ġimgħa se jiżvela l-potenzjal tal-Ferrari li jsostnu l-ġlieda tagħhom għall-glorja tal-kampjonat tad-dinja.
It-tim Taljan tħabat waqt l-ittestjar tax-xitwa u kien ferm 'il bogħod mill-pass fit-tellieqa tal-ftuħ tal-istaġun f'Montreal. Minkejja dan u flimkien mal-bidu memorabbli tal-istaġun ta’ dan l-istaġun, li fih sitt sewwieqa differenti rebħu l-ewwel sitt tiġrijiet, id-doppju champion Alonso kiseb rebħa fil-Malasja u podjus fi Spanja u Monaco.
L-Ispanjol issa għandu tliet punti vantaġġ fuq is-sewwieqa tar-Red Bull Sebastian Vettel u l-Awstraljan Mark Webber.
Il-player ta’ 30 sena ammetta li l-korsa ta’ Montreal se tkun l-akbar test tal-Ferrari mill-bidu tal-istaġun, iżda jemmen li għamlu biżżejjed biex jibqgħu kompetittivi.
"Naħseb li tjiebna l-karozza f'dawn l-oqsma mill-bidu tal-istaġun u l-Kanada se jkun test tajjeb f'dan ir-rigward," qal.
“Nisperaw li dan il-weekend naraw Ferrari kompetittiva u dan ikun importanti ħafna għalina, mhux biss għal din it-tellieqa iżda wkoll għall-kumplament tal-istaġun.
“Huwa diffi/li ng[id minn qabel, g[aliex dan l-ista;un kien tant imprevedibbli b’tlug[ijiet u n]ul g[al kul[add tul sitt ti;rijiet.
"Madankollu, ma nara l-ebda raġuni għaliex il-Ferrari m'għandhiex tkun kompetittiva fil-Kanada, il-ġlieda għall-aqwa postijiet tiġi fi tmiem it-tellieqa." Minkejja li mexxa t-tellieqa għat-titlu, Alonso jemmen li l-Ferrari għad għandhom ħafna x’tlaħħaq.



