Splużjoni kbira f’Ankara ħalliet mill-inqas 28 mejta u 61 midruba, qalu uffiċjali Torok.
Vettura mimlija splussivi splodiet waqt li kienu għaddejjin xarabanks militari. L-isplużjoni seħħet qrib il-parlament u l-kwartieri ġenerali militari tat-Turkija.
Uffiċjali Torok sejħuha “att ta’ terroriżmu.”
Xi wħud mill-vittmi kienu ċivili.



