Il-Ġappun qed jimmarka t-tieni anniversarju tat-tsunami u t-terremot devastanti li ħasdu madwar 19,000 ħajja u kkawżaw l-agħar inċident nukleari f’għexieren ta’ snin.
Nhar it-Tnejn bdiet ċerimonja nazzjonali organizzata mill-gvern f’Tokjo biex tfakkar il-vittmi tad-diżastru.
Dawk li qed jibku madwar il-pajjiż osservaw mument ta’ silenzju fis-2:46pm, il-ħin eżatt li laqat it-tsunami, għal dawk li nqatlu.
Euronews



