Il-President Tork Ċiprijotta Dervis Eroglu iltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon fi New York fil-ġenb tal-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
Il-President Tork Ċiprijotta Dervis Eroglu nhar is-Sibt iltaqa’ mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-moon fi New York fil-ġenb tal-laqgħat tal-Assemblea Ġenerali tan-NU.
Waqt li tkellem mal-ġurnalisti wara l-laqgħa, Eroglu qal li n-negozjati ta’ Ċipru kienu f’diffikultà wara li l-amministrazzjoni Griega Ċiprijotta assumiet it-tmun li jdur tal-Unjoni Ewropea, u żied li t-tkomplija tat-taħditiet dwar ir-riżolviment ma kinitx fil-vista sakemm ġie elett mexxej ġdid Ċiprijotta Griega f’ votazzjoni skedata g[al Frar li ;ej biex jie[u post Demetris Christofias li [abbar li mhux se jfittex l-elezzjoni mill-;did.
“It-taħditiet waqfu għax Christofias irrifjuta l-proposta tagħna biex tinħoloq skeda ta’ żmien għal soluzzjoni u ssir laqgħa multilaterali. Nittamaw li dak li jkun elett ikun f’pożizzjoni li jagħmel pass lejn soluzzjoni vijabbli u dejjiema,” qal Eroglu.
Sorsi diplomatiċi qrib il-laqgħa ta’ Eroglu-Ban qalu li l-President Tork Ċiprijotta kien informa lill-kap tan-NU dwar ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ komunitajiet Ċiprijotti kif ukoll dwar l-isforz Ċiprijotta Griega għat-tħaffir off-shore għaż-żejt u l-gass madwar il-gżira.
Sorsi qalu li Eroglu ippreżenta proposta lil Ban dwar kif tesplora u ttrasporta r-riżorsi tal-idrokarbonju tal-gżira.
Il-proposta tinkludi l-ħatra mill-kap tan-NU ta’ medjatur biex jippresiedi kumitat tekniku ta’ mibgħuta Ċiprijotti Torok u Griegi kif ukoll it-trasport taż-żejt u l-gass lejn l-Ewropa permezz ta’ pipelines fuq it-Turkija.
(Aġenzija tal-Aħbarijiet Anadolu)


